Mur għall-kontenut ewlieni
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 28 Mejju 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Agħżel l-Ewropa għall-istartup u għall-iscaleup tiegħek

Excited male and female entrepreneurs celebrating achievement sitting at desk in office

 

Il-Kummissjoni Ewropea nediet strateġija tal-UE għall-istartups u għall-iscaleups biex l-Ewropa ssir post mill-aqwa biex wieħed jibda u jkabbar kumpaniji globali xprunati mit-teknoloġija.

L-istartups u l-iscaleups jixprunaw l-innovazzjoni u t-tkabbir sostenibbli, joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, jattiraw l-investiment u jnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi. Madankollu, għad hemm wisq li għadhom isibu diffikultajiet biex jieħdu l-ideat mil-laboratorju għas-suq jew biex jikbru b’mod sinifikanti u sostenibbli fl-UE. L-istrateġija tindirizza dawn l-isfidi billi tappoġġahom tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom u billi tidentifika l-ħtiġijiet ewlenin tagħhom. Tressaq sett ta’ azzjonijiet li l-Kummissjoni se tieħu fix-xhur li ġejjin f’ħames oqsma ewlenin:

  • it-trawwim ta’ ambjent favorevoli għall-innovazzjoni: inqas frammentazzjoni, inqas piżijiet amministrattivi u regoli iktar sempliċi
  • l-ixprunar ta’ finanzjament aħjar: suq tal-kapital ta’ riskju tal-UE li jkun akbar u iktar integrat, u involviment akbar tal-investituri istituzzjonali Ewropej
  • l-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq u għall-espansjoni fih: proċess iktar rapidu mil-laboratorju għas-suq
  • l-attirar u ż-żamma tal-aqwa talent: aċċess aħjar għal individwi b’ħiliet ta’ livell għoli
  • l-iffaċilitar tal-aċċess għall-infrastruttura, għan-networks u għas-servizzi:  aċċess u kundizzjonijiet kuntrattwali diverġenti ssimplifikati u armonizzati

L-istrateġija tallinja mal-inizjattiva usa’ Agħżel l-Ewropa. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija sa tmiem l-2027.

 

Għal iktar informazzjoni

Strateġija tal-UE għall-istartups u għall-iscaleups

Stqarrija għall-istampa: Strateġija tal-UE għall-istartups u għall-iscaleups

Mistoqsijiet u Tweġibiet: Strateġija tal-UE għall-istartups u għall-iscaleups

Skeda informattiva: Strateġija tal-UE għall-istartups u għall-iscaleups

Kompetittività

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
28 Mejju 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni