Ewropa globali: nużaw b’għaqal is-setgħa u s-sħubijiet tagħna Ħarsa ġenerali Id-dinja nbidlet drastikament f’dawn l-aħħar snin. L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-gwerra f’Gaża, u l-fatt li tfaċċa grupp ġdid ta’ reġimi awtoritarji li qed jaħdmu biex jiżirgħu l-firda u jfittxu li joħolqu ordni internazzjonali alternattiv, kif ukoll l-atteġġjament aktar aggressiv taċ-Ċina u l-kompetizzjoni ekonomika inġusta min-naħa tagħha, huma biss ftit mill-eżempji li juru li l-UE trid tkun aktar assertiva biex tfittex l-interessi tagħha.Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tiżgura li l-politika barranija u tas-sigurtà tal-UE tkun adattata biex tindirizza l-isfidi tar-realtà attwali tad-dinja. Se niddefendu u nippromwovu ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u nistinkaw biex insaħħu r-rwol tal-istituzzjonijiet globali. B’hekk, jiġu sostnuti l-valuri tal-Ewropa u l-Ewropa tibqa’ b’saħħitha f’dinja aktar kompetittiva u instabbli.Kif jaħsbuha l-Ewropej 69 %taċ-ċittadini tal-UE huma favur politika barranija komuni bejn il-pajjiżi tal-UE67 %jaqblu li l-UE hija post ta’ stabbiltà f’dinja mimlija inkwiet69 %jaqblu li l-UE għandha biżżejjed għodod biex tiddefendi l-interessi ekonomiċi tagħha fl-ekonomija globali Objettivi Li nkabbru l-Unjoni Ewropeabiex inżidu l-influwenza tagħna fix-xena globaliLi niffukaw fuq il-viċinat usa’ tagħnabiex nippromwovu l-paċi, is-sħubijiet u l-istabbiltà ekonomikaNaħdmu għal politika ekonomika barranija ġdidabiex nagħtu spinta lill-prosperità, is-setgħa kummerċjali, u s-sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku tagħnaLi nirriformaw is-sistema internazzjonalibiex nagħmluha adattata għad-dinja tal-lum Kif se nilħqu l-objettivi tagħna It-tkabbir bħala urġenza ġeopolitika EU-Western Balkans meeting in Montenegro, October 2024Biex niggarantixxu li t-tkabbir tal-UE jkun konformi mal-wegħda li għamilna fit-trattati tagħnase niżguraw li kull pajjiż li jkollu l-ħsieb li jissieħeb fl-UE jiġi vvalutat fuq il-progress tiegħu biex jissodisfa l-kriterji kollha tal-adeżjoni, inklużi dawk dwar l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali, li se jkomplu jkunu l-pedamenti tal-politika tat-tkabbir tal-UEse nżidu l-appoġġ biex inħejju lill-pajjiżi kandidati, b’mod partikolari permezz tal-investiment u r-riformi tal-pjan ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent u tal-Faċilità għall-Ukrajna Approċċ aktar strateġiku għall-viċinat tagħna Tfal mill-Iskola Primarja tal-Bniet Kufr Yoba f’IrbidFilwaqt li niksbu r-riżultati fir-rigward tat-tkabbir, b’mod parallel se nsawru mod aktar strateġiku kif naġixxu fil-viċinat usa’ tal-UE billiinsaħħu r-relazzjonijiet tagħna mal-Mediterran b’Patt ġdid għall-Mediterran. Dan se jiffoka fuq l-investiment u s-sħubijiet, l-istabbiltà ekonomika, il-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol, l-enerġija, u s-sigurtà fir-reġjunnaħdmu għal waqfien immedjat mill-ġlied f’Gaża, ir-rilaxx tal-ostaġġi kollha, u żieda fil-fluss tal-assistenza umanitarja lejn Gażaikollna strateġija UE-Lvant Nofsani li tfittex li l-kunflitt li għaddej f’Gaża jissolva b’mod ġust u twitti t-triq għal soluzzjoni ta’ żewġ stati biex tiġi żgurata s-sigurtà kemm għall-Iżraeljani kif ukoll għall-Palestinjani Politika ekonomika barranija ġdida Container ship in Hamburg harbourGħall-prosperità tal-Ewropa, se nistabbilixxu politika ekonomika barranija ġdida li tiffoka fuq is-sigurtà ekonomika, il-kummerċ u l-investiment fi sħubijiet. Għal dan l-għanse nagħtu spinta lill-kompetittività tagħna fostna stess u ninvestu fir-riċerka f’teknoloġiji strateġiċise nipproteġu l-ekonomija tagħna mill-ħrib tat-teknoloġija u mill-problemi tas-sigurtàse nlestu r-rieżami tal-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, niżviluppaw metodu koordinat għall-kontrolli tal-esportazzjoni, u nindirizzaw ir-riskji li jinbtu mill-investimenti barrase napprofondixxu r-rabtiet tagħna ta’ kummerċ ħieles u ġust maċ-ċentri tat-tkabbir u ma’ sħabna madwar id-dinjase niżviluppaw sħubijiet ġodda ta’ kummerċ u investiment nodfa u napprofondixxu r-relazzjonijiet tagħna dwar il-minerali kritiċi u l-materja primase ntejbu l-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli, inkluż permezz ta’ Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata u msaħħase ninfurzaw il-ftehimiet kummerċjali tagħna u nużaw l-istrumenti kollha tagħna għad-difiża tal-kummerċ fejn u meta meħtieġse ngħollu fil-livell lill-Global Gateway, l-inizjattiva tagħna biex ninvestu fi proġetti ta’ infrastruttura madwar id-dinja, permezz ta’ approċċ ta’ Tim Ewropase nipproponu aġenda strateġika UE-Indja ġdida u nsaħħu l-kooperazzjoni tagħna mal-ASEANse naħdmu mal-Ġappun, il-Korea, New Zealand u l-Awstraljase nixprunaw investimenti fl-infrastruttura, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u fil-ktajjen tal-valur tal-materja prima fl-Afrikase napprofondixxu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew permezz ta’ investiment tal-Global Gateway It-tfassil mill-ġdid tal-multilateraliżmu għad-dinja tal-lum G20 meeting in Rio de Janeiro, November 2024L-Ewropa se jkollha rwol ewlieni fir-riforma tas-sistema internazzjonali billitieħu sehem attiv f’summits internazzjonali, bħas-Summit tan-NU għall-Futur, li jappellaw, fost l-oħrajn, għal rappreżentanza ekwa għar-reġjuni kollha u jindirizzaw l-iżvilupp u d-dejntwieġeb aħjar għat-tħassib ta’ sħabna li jintlaqtu mil-leġiżlazzjoni Ewropea issib metodu aktar sistematiku biex jiġi vvalutat l-impatt tal-liġijiet tagħna fuq pajjiżi mhux tal-UE u tipprovdi appoġġ aktar immirat biex tgħinhom jaġġustaw għal dawk il-liġijiet u jibbenefikaw minnhom Il-progress s’issa Immonitorja, segwi, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi fil-qafas ta’ din il-prijorità. Mejju 2025L-UE u Singapore jiffirmaw ftehim storiku dwar il-kummerċ diġitaliApril 2025Fl-ewwel djalogu politiku ta’ livell għoli li qatt sar bejn l-UE u l-Awtorità Palestinjana, il-Kummissjoni pproponiet programm pluriennali komprensiv ta’ appoġġ li jiswa sa €1.6 biljun bl-għan li jappoġġa l-irkupru u r-reżiljenza tal-PalestinaFl-ewwel laqgħa għolja bejn l-UE u l-Asja Ċentrali, il-mexxejja jaqblu dwar sħubija strateġikaMarzu 2025Fil-Konferenza ta’ Brussell, l-UE twiegħed €2.5 biljun bħala appoġġ lis-Sirja u lir-reġjunFrar 2025Jidħol fis-seħħ il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-UE u ċ-ĊilìDiċembru 2024L-UE u l-Mercosur jilħqu ftehim politiku dwar sħubija rivoluzzjonarja28 ta’ Mejju 2024L-UE u l-Awstralja jiffirmaw sħubija dwar minerali kritiċi u strateġiċi sostenibbli27 ta’ Mejju 2024Fil-Konferenza ta’ Brussell, l-UE twiegħed €2.12 biljun b’appoġġ għall-futur tas-Sirja u tar-reġjun1 ta’ Mejju 2024Jidħol fis-seħħ il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u n-New ZealandUri 4 aktar oġġetti1 ta’ Mejju 2024L-UE tiċċelebra l-20 anniversarju tat-tkabbir tal-2004 Fiċ-ċentru tal-attenzjoni L-UE u l-pajjiżi tal-Mercosur jaqblu dwar sħubija ġdida u innovattivaF’Diċembru 2024 l-UE u l-pajjiżi tal-Mercosur (il-Brażil, l-Arġentina, il-Paragwaj u l-Urugwaj) iffinalizzaw in-negozjati għal ftehim ta’ sħubija ta’ benefiċċju reċiproku. Il-ftehim storiku se jiżgura u jiddiversifika l-ktajjen tal-provvista tal-UE, joħloq opportunitajiet ġodda u jnaqqas il-burokrazija għan-negozji, u jgħin biex titwaqqaf id-deforestazzjoni. Wara l-kontrolli finali, il-Kummissjoni se tibgħat proposta lill-Kunsill u lill-Parlament biex il-ftehim jiġi ffirmat u konkluż.Sir af aktar Suġġetti relatatiIs-solidarjetà tal-UE mal-UkrajnaIl-kriżi tal-Lvant Nofsani Il-Global Gateway Il-politika kummerċjaliInvolviment imsaħħaħ tal-UE mal-Balkani tal-Punent Il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti Min hu inkarigatKaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi PresidentMaroš ŠEFČOVIČIl-Kummissarju għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika; Ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u t-TrasparenzaDubravka ŠuicaIl-Kummissarju għall-MediterranMarta KosIl-Kummissarju għat-TkabbirJozef SíkelaIl-Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali Il-prijoritajiet l-oħra tal-KummissjoniIl-kompetittivitàis-sigurtà u d-difiżaIl-ġustizzja soċjali EwropeaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaIl-baġit u r-riforma tal-UE
EU-Western Balkans meeting in Montenegro, October 2024Biex niggarantixxu li t-tkabbir tal-UE jkun konformi mal-wegħda li għamilna fit-trattati tagħnase niżguraw li kull pajjiż li jkollu l-ħsieb li jissieħeb fl-UE jiġi vvalutat fuq il-progress tiegħu biex jissodisfa l-kriterji kollha tal-adeżjoni, inklużi dawk dwar l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali, li se jkomplu jkunu l-pedamenti tal-politika tat-tkabbir tal-UEse nżidu l-appoġġ biex inħejju lill-pajjiżi kandidati, b’mod partikolari permezz tal-investiment u r-riformi tal-pjan ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent u tal-Faċilità għall-Ukrajna
Tfal mill-Iskola Primarja tal-Bniet Kufr Yoba f’IrbidFilwaqt li niksbu r-riżultati fir-rigward tat-tkabbir, b’mod parallel se nsawru mod aktar strateġiku kif naġixxu fil-viċinat usa’ tal-UE billiinsaħħu r-relazzjonijiet tagħna mal-Mediterran b’Patt ġdid għall-Mediterran. Dan se jiffoka fuq l-investiment u s-sħubijiet, l-istabbiltà ekonomika, il-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol, l-enerġija, u s-sigurtà fir-reġjunnaħdmu għal waqfien immedjat mill-ġlied f’Gaża, ir-rilaxx tal-ostaġġi kollha, u żieda fil-fluss tal-assistenza umanitarja lejn Gażaikollna strateġija UE-Lvant Nofsani li tfittex li l-kunflitt li għaddej f’Gaża jissolva b’mod ġust u twitti t-triq għal soluzzjoni ta’ żewġ stati biex tiġi żgurata s-sigurtà kemm għall-Iżraeljani kif ukoll għall-Palestinjani
Container ship in Hamburg harbourGħall-prosperità tal-Ewropa, se nistabbilixxu politika ekonomika barranija ġdida li tiffoka fuq is-sigurtà ekonomika, il-kummerċ u l-investiment fi sħubijiet. Għal dan l-għanse nagħtu spinta lill-kompetittività tagħna fostna stess u ninvestu fir-riċerka f’teknoloġiji strateġiċise nipproteġu l-ekonomija tagħna mill-ħrib tat-teknoloġija u mill-problemi tas-sigurtàse nlestu r-rieżami tal-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, niżviluppaw metodu koordinat għall-kontrolli tal-esportazzjoni, u nindirizzaw ir-riskji li jinbtu mill-investimenti barrase napprofondixxu r-rabtiet tagħna ta’ kummerċ ħieles u ġust maċ-ċentri tat-tkabbir u ma’ sħabna madwar id-dinjase niżviluppaw sħubijiet ġodda ta’ kummerċ u investiment nodfa u napprofondixxu r-relazzjonijiet tagħna dwar il-minerali kritiċi u l-materja primase ntejbu l-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli, inkluż permezz ta’ Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata u msaħħase ninfurzaw il-ftehimiet kummerċjali tagħna u nużaw l-istrumenti kollha tagħna għad-difiża tal-kummerċ fejn u meta meħtieġse ngħollu fil-livell lill-Global Gateway, l-inizjattiva tagħna biex ninvestu fi proġetti ta’ infrastruttura madwar id-dinja, permezz ta’ approċċ ta’ Tim Ewropase nipproponu aġenda strateġika UE-Indja ġdida u nsaħħu l-kooperazzjoni tagħna mal-ASEANse naħdmu mal-Ġappun, il-Korea, New Zealand u l-Awstraljase nixprunaw investimenti fl-infrastruttura, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u fil-ktajjen tal-valur tal-materja prima fl-Afrikase napprofondixxu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew permezz ta’ investiment tal-Global Gateway
G20 meeting in Rio de Janeiro, November 2024L-Ewropa se jkollha rwol ewlieni fir-riforma tas-sistema internazzjonali billitieħu sehem attiv f’summits internazzjonali, bħas-Summit tan-NU għall-Futur, li jappellaw, fost l-oħrajn, għal rappreżentanza ekwa għar-reġjuni kollha u jindirizzaw l-iżvilupp u d-dejntwieġeb aħjar għat-tħassib ta’ sħabna li jintlaqtu mil-leġiżlazzjoni Ewropea issib metodu aktar sistematiku biex jiġi vvalutat l-impatt tal-liġijiet tagħna fuq pajjiżi mhux tal-UE u tipprovdi appoġġ aktar immirat biex tgħinhom jaġġustaw għal dawk il-liġijiet u jibbenefikaw minnhom
L-UE u l-pajjiżi tal-Mercosur jaqblu dwar sħubija ġdida u innovattivaF’Diċembru 2024 l-UE u l-pajjiżi tal-Mercosur (il-Brażil, l-Arġentina, il-Paragwaj u l-Urugwaj) iffinalizzaw in-negozjati għal ftehim ta’ sħubija ta’ benefiċċju reċiproku. Il-ftehim storiku se jiżgura u jiddiversifika l-ktajjen tal-provvista tal-UE, joħloq opportunitajiet ġodda u jnaqqas il-burokrazija għan-negozji, u jgħin biex titwaqqaf id-deforestazzjoni. Wara l-kontrolli finali, il-Kummissjoni se tibgħat proposta lill-Kunsill u lill-Parlament biex il-ftehim jiġi ffirmat u konkluż.Sir af aktar
Kaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi President
Maroš ŠEFČOVIČIl-Kummissarju għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika; Ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u t-Trasparenza