Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Il-Kummissjoni għaliex tevalwa?Il-Kummissjoni tevalwa jekk liġijiet, politiki, u attivitajiet ta' nfiq speċifiċi ikunux tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom u jekk ikunux wasslu, bi spiża minima, għat-tibdiliet mixtiqin għan-negozji u ċ-ċittadini.Il-kontrolli tal-idoneità u l-evalwazzjonijiet jorjentaw l-iffissar tal-prijoritajiet politiċi u jikkontribwixxu għall-ippjanar strateġiku, kif ukoll għar-reviżjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti. Filwaqt li l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità huma valutazzjoni ex post tal-politiki eżistenti, l-għan tagħhom hu li jipprovdu kontribut għal reviżjonijiet futuri tal-politika jew tal-leġiżlazzjoni, jekk dan jitqies meħtieġ.Barra minn dan, jikkontribwixxu għall-proċess tal-iskrinjar strutturat tal-acquis tal-UE — l-ittestjar tal-istress — bl-għan li jiġi żgurat li jibqa’ rilevanti, proporzjonat, u adattat biex jilħaq l-objettivi tiegħu bl-aktar mod kosteffiċjenti.L-evalwazzjonijiet u l-kontroll tal-idoneitàEvalwazzjoni hija valutazzjoni bbażata fuq l-evidenza ta’ kemm liġi, politika, jew programm ta’ finanzjament speċifiċi tal-UE jkunu:effettivi — fit-twettiq tal-aspettattivi u fl-ilħuq tal-objettivi tagħhomeffiċjenti — f’termini ta’ kosteffettività u proporzjonalità bejn il-kostijiet reali u l-benefiċċjirilevanti — għall-ħtiġijiet attwali u emerġenti tal-partijiet ikkonċernatikoerenti — internament u esternament ma’ interventi oħrajn tal-UE jew ftehimiet internazzjonaliikollhom valur miżjud tal-UE — jiġifieri jipproduċu riżultati li jmorru lil hinn minn dak li kienu jiksbu l-Istati Membri li kieku aġixxew kulħadd għal rasuKontroll tal-idoneità hu tip ta’ evalwazzjoni li tivvaluta diversi azzjonijiet relatati. Jiffoka fuq l-identifikazzjoni ta' kif liġijiet, politiki, u programmi differenti jinteraġixxu, u fuq l-impatt kollettiv tagħhom. L-evalwazzjonijiet li jmissIl-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni jinkludi pjan annwali ta’ evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità, li jagħti bidu għal proċess għall-ittestjar tal-istress tal-ġabra sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Fl-aħħar mill-aħħar, l-acquis kollu tal-UE se jiġi rieżaminat biex jiġu mifhumin l-impatti kumulattivi u l-inkonsistenzi potenzjali tiegħu, u biex jiġi ssimplifikat. Il-Kummissjoni tinforma lill-pubbliku dwar l-evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità individwali li jkunu ppjanati, għaddejjin, u ffinalizzati permezz tal-portal “Semma’ Leħnek: Konsultazzjonijiet pubbliċi u feedback. Iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati mistednin jikkontribwixxu, iwieġbu għas-sejħiet għall-evidenza u l-konsultazzjonijiet pubbliċi ppubblikati fil-portal, itejbu l-bażi tal-evidenza tal-evalwazzjonijiet, u jtejbu r-rilevanza tal-politiki.Niżguraw il-kwalitàIl-linji gwida u s-sett ta' għodda għal regolamentazzjoni aħjar jipprovdu standards komuni meta l-Kummissjoni tevalwa r-riżultati miksubin bl-azzjonijiet tagħha. L-evalwazzjonijiet kollha jirrispettaw il-prinċipji deskritti fihom.Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jeżamina u joħroġ opinjonijiet dwar il-kwalità tal-evalwazzjonijiet magħżulin u tal-kontrolli tal-idoneità kollha.Ir-riżultati tal-evalwazzjoniL-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità kollha jiġu kkomunikati f’rapport ta’ evalwazzjoni, li jieħu l-forma ta’ dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni. L-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni jiġu ppubblikati fil-portal “Semma’ leħnek: Konsultazzjonijiet pubbliċi u feedback" fil-paġna tal-inizjattiva, fir-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni, u fil-EUR-LexLinks oħrajn:Regolamentazzjoni aħjar: għaliex u kifREFIT — Il-liġi tal-UE nagħmluha aktar sempliċi u b’inqas spejjeż biex tiġi implimentata